Bijografija

DWARNA

Ray Abela, magħruf l-aktar bħala personalità televiżiva, espert u edukatur fil-qasam tat-teknoloġija diġitali. Ilu għal dawn l-aħħar 30 sena jixpruna l-quddiem l-importantza ta’ tagħlim fl-użu ta’ stili ta’ ħajja fost il-ġenerazzjonijiet kollha.

F'April 2022, Ray Abela ġie elett bħala Membru Parlamentari mall-Partit Laburista, f' din l-ewwel dehra tiegħu fil-Politika Maltija. F' dawn l-aħħar xhur, kemm ilu fil-Parlament, l-Onorevoli Ray Abela ipparteċipa f' numru ta' discussjonijiet fil-Parlament u anke f' numru ta Kumitati Parlamentari. Forst suġġetti li sa issa ta' il-kontribut tiegħu hemm is-saħħa, l-edukazzjoni, l-innovazzjonu u t-tekonoloġija, ix-xogħol u l-futur, l-ekonomija u temi oħra.

F'Ottubru 2022, l-Onor Abela ggradwa wkoll fil-Masters fl-Amministrazzjoni tan-Negozju (MBA).

Twieled ġewwa ż-Żejtun – għex u trabba ż-Żejtun, fin-naħa ta’ fuq mal-periferija hekk imsejħa ta’ Bir id-Deheb. Ommu Ċettina, missieru Joe Abela, ex ħaddiem tat-Tarzna llum mejjet.

“Minn età żgħira kelli t-twemmin laburista. Involvejt ruħi f’ diversi strutturi tal-partit fosthom u l-aktar fiż-żgħażagħ, fejn minn hemm bdejt il-karriera fit-tagħlim ta’ l-informatika.

Ħdimt bla heda biex nilħaq il-ħolma u l-viżjoni tiegħi, waqt li nibqa’ saqajja mal-art u dejjem qrib in-nies. Hekk għallmuni l-familja tiegħi – waqt li dejjem bqajt inżomm il-pariri siewja ta’ missieri li ħallieni meta kont ta’ età li tant u tant kelli bżonnu.

Valuri li kebbsu fija u li ma ninsa qatt.

Il-valuri li dejjem urejt rispett lejn kulħadd u li għint fejn stajt lil kull familja, lil kull ċittadin u wisq aktar lit-tfal u ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.

Illum inħossni sodisfatt ngħid li għallimt eluf ta’ Maltin u Għawdxin mid-diversi ċentri fil-Kunsilli Lokali madwar Malta u Għawdex. Din hija l-filosofija li dejjem ħaddant – tagħlim għal kulħadd u qrib kulħadd.

L-idea li permezz ta’ dan iċ-ċentru f’kull raħal u belt, u l-programmi televiżivi wassalt il-messaġġ billi ġejt għandkom u mhux intom ġejtu għandi.

Illum ninsab quddiemkom biex inrodd lura il-fiduċja li inthom tajtuni biex nirrapreżentakom fl-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna, dik parlamentari. Ninsab ċert li dieħel għal din l-isfida biex nagħti aktar milli tajt lis-soċjetà f’dawn l-aħħar snin ta’ karriera.

Nemmen li bħala politiku rrid inkun qrib tan-nies, biex hekk inkun nista’ nisma’ l-karba taċ-ċittadin u nħoss il-polz tagħhom, u f’ istess ħin nifhem l-aspirazzjonijiet taghkom.

Irrid illi flimkien magħkom ikollna suċċess għal din Malta tagħna, taħt Gvern Laburista immexxi mill-Prim Ministru tiegħi u tagħkom, Robert Abela.”

Ray Photo

“Nkompli bil-ħidma qrib in-nies bħala Membru Parlamentari tagħkom”

Min hu Ray Abela

Għal aktar filmati segwi fuq Youtube billi tagħfas subscribe

Youtube Channel