Ray Abela huwa Kandidat tal-Partit Laburista għall-Elezzjoni Ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2026 fuq it-3 u r-4 Distrett.
Żejtuni u magħruf minn ħafna bħala Ray Abela tat-TCTC, Ray għandu esperjenza twila fl-edukazzjoni, fit-taħriġ, fit-teknoloġija, fl-intrapriża u fl-ekonomija diġitali. Għal aktar minn 40 sena, huwa ħadem biex jgħin lin-nies jiksbu ħiliet ġodda, javvanzaw fil-karriera tagħhom u jifhmu aħjar id-dinja diġitali.
Ray huwa wkoll espert fl-oqsma tal-Ekonomija Diġitali u l-Intelliġenza Artifiċjali. Fil-Parlament tkellem b’mod konsistenti dwar l-edukazzjoni, l-innovazzjoni, it-trasformazzjoni diġitali u l-Intelliġenza Artifiċjali; setturi li huma kruċjali biex Malta tkun preparata għall-isfidi u l-opportunitajiet ta’ għada.
Bla ebda dubju, Ray huwa asset importanti fil-Grupp Parlamentari Laburista u fil-kandidatura tal-Partit Laburista, speċjalment f’dawn l-oqsma tant meħtieġa biex pajjiżna jkompli jibni fuq il-Viżjoni Malta 2050 u fuq l-impenn ta’ Malta Aqwa: Malta ta’ aktar ħiliet, aktar innovazzjoni, aktar produttività, aktar kwalità u aktar opportunitajiet għan-nies.
Barra minn hekk, Ray ddistingwa ruħu bħala politiku b’valuri soċjalisti sodi; politiku li tfittxu meta tfittxu, dejjem issibu. Huwa politiku li ma waqaf qatt jaħdem għan-nies, jisma’ lin-nies, u jwassal il-leħen tagħhom b’serjetà, rispett u impenn tull il-leġiżlatura kollha.