Ray Abela jibqa’ sinonimu mat-tixrid tal-informatika f’pajjiżna, izda dawn l-aħħar ftit snin, propjament mill-2021, beda l-esperjenza politika taħt il-kappa tal-Partit Laburista. F’ Marzu 2022, huwa ikkontesta l-elezzjoni ġenerali u gie elett fl-elezzjoni każwali fil-Parlament Malti. Ray Abela jsostni li l-aqwa filosofija politika hija dik li tibqa’ viċin u man-nies. Il-politika hija tan-nies u mhux tal-politiku. Għalkemm Ray Abela, huwa membru parlamentari li jitkellem u jipparteċipa’ fuq diversi temi u oqsma, l-aktar temi li jintrigaħ huma bla dubju l-edukazzjoni, l-innovazzjoni, l-ambjent u l-ekonomija diġitali.
Edukatur
Maturità Politika
Socjalist
Nemmen f' kulħadd
Inklussiv