Opportunitajiet ta' Xogħol

Merħba għal dan is-servizz ta’ informazzjoni fuq din il-pjattaforma tal-Membru Parlamentari, Ray Abela.

L-ewwel nett, meta persuna tkun qiegħda tfittex xogħol ġdid, huwa importanti li tħejji CV li jkun fiha l-informazzjoni ġenerali fuqha nnifisha sabiex min ser iħaddem ikun jista’ jagħraf l-esperjenzi tax-xogħol tagħha, il-ħiliet, u ċ-ċertifikati tal-edukazzjoni li kisbet matul is-snin, fost oħrajn.

Għaldaqstant, jekk inti interessat u tixtieq toħloq is-CV, jekk jogħġbok agħfas il-buttuna l-blu li hawn hawn taħt sabiex tniżżel it-template tal-Europass li hija standardizzata madwar l-Ewropa.

Iddownloadja it-template tal-Europass għas-CV tiegħek

X’għandu jkollok fis-CV tiegħek?

L-ewwel nett, jekk ma tafx kif toħloq CV, huwa importanti li titkellem ma’ xi ħadd sabiex jgħinek toħloq is-CV addattata għalik.

Fis-settur tax-xogħol, Curriculum Vitae (CV) hija waħda mill-aktar affarijiet fundamentali u importanti. Bażikament, is-CV hija sommarju tal-isfond edukattiv u tal-esperjenzi professjonali tiegħek. Din hija għodda li tgħinek tgħaddi minn sempliċiment applikazzjoni, għal intervista ta’ xogħol partikolari, biex fl-aħħar mill-aħħar tressqek iktar qrib ix-xogħol li applikajt għalih. Barra minn hekk, dokument ieħor importanti li għandek tinkludi mas-CV huwa l-ittra ta’ applikazzjoni (Covering Letter). B’dan id-dokument, inti tista’ tintroduċi lilek innifsek ma’ dawk in-nies li potenzjalment jistgħu jħaddmuk magħhom.

X'għandek tagħmel meta tikteb CV?

1. Agħmel is-CV tiegħek viżwalment attraenti u pulita sabiex tkun faċli għall-qarrej biex isegwi l-kontenut li jkun fiha.

2. Ibda s-CV bl-informazzjoni ġenerali tiegħek, bħal: l-isem u l-kunjom, l-indirizz, in-numru tal-mowbajl, u l-imejl.

3. Jekk għandek xi pjattaforma bħal Facebook jew Instagram, huwa importanti li tiċċekkja li r-ritratti li għandek ma jagħtux impressjoni negattiva fuqek. Dan għaliex illum il-ġurnata, ħafna mir-rappreżentanti ta’ min iħaddmu, ta’ spiss jirriċerkaw il-persuna fuq l-internet sabiex jiksbu aktar informazzjoni dwarha; pereżempju, kif iqattgħu ħajjithom u min huma l-membri familjari tagħhom.

4. Fis-CV tiegħek, trid tinkludi wkoll kemm l-esperjenzi edukattivi, kif ukoll l-esperjenzi tax-xogħol li ħdimt. Fl-esperjenzi edukattivi trid tinkludi: iċ-ċertifikati tat-tluq mill-iskola, iċ-ċertifikati tas-Sek, fost oħrajn). Huwa importanti li mhux biss tikteb il-gradi li tkun ksibt ta’ kull suġġett imma li tannessa wkoll kopja ta’ kull ċertifikat.

5. Ehmeż ukoll kemm kopji ta’ liċenzji li għandek, kif ukoll xi ittri ta’ referenzi li għaddewlek min kien iħaddmek qabel.

6. Importanti li f’dinja moderna bħal tal-lum, tiddeskrivi il-kapaċitajiet tiegħek fl-użu tal-kompjuter. Semmi fosthom kemm inti litterat fl-internet, fl-użu tal-imejl, fost oħrajn.

7. Huwa importanti li ssemmi kemm inti kompetenti f’lingwi diversi.

8. Iċċekkja bir-reqqa s-CV tiegħek għal żbalji ortografiċi u tipografiċi.

Il-Covering Letter

Huwa importanti li wieħed jipprepara ittra ta’ applikazzjoni, sabiex din tkun mehmuża mas-CV meta wieħed ikun qiegħed japplika għal xi opportunita’ ta’ impjieg.

X’għandek iżżomm f’moħħok meta tiġi biex tikteb l-ittra ta’ applikazzjoni?

1. Kun żgur li hija ċara u konċiża u żomm mal-punt speċjalment max-xogħol li qiegħed tapplika għalih.

2. L-ittra ta’ applikazzjoni m’għandhiex tkun itwal min-nofs paġna.

3. Agħżel 3 jew 4 kwalitajiet li min iħaddem qiegħed ifittex fl-applikanti u pprovdi evidenzi speċifiċi b’numru ta’ eżempji.

4. Dejjem irriċerka l-kumpanija l-ewwel u wara inkludi informazzjoni dwarhom. Għidilhom dak li sibt interessanti dwarhom u li fl-aħħar mill-aħħar ħajjrek biex tapplika.

5. Uri li inti qed tapplika għaliex jinteressak ix-xogħol u mhux għax qiegħed tapplika sempliċiment għax għandek bżonn xogħol kwalunkwe.

6. L-ittra tiegħek għandha tiġi ppreżentata tajjeb u ħielsa minn żbalji ortografiċi. Huwa important li taqraha sewwa qabel tibgħatha.

7. L-ittra ta’ applikazzjoni għandha tispiċċa b’sejħa formali għall-azzjoni. B’mod formali staqsihom biex jikkuntattjawk ħalli tagħmlu laqgħa biex tiddiskutu l-affarijiet relatati għal dak ix-xogħol li applikajt għalih.

8. Agħti d-dettalji kompluti u preċiżi tal-imejl u tal-mowbajl tiegħek sabiex jikkuntattjawk fuqhom.

Kif tista tfittex għal xogħlijiet differenti?

Wieħed jista’ jfittex diversi xogħlijiet billi jaċċessa l-ħoloq li hawn hawn taħt:

Jobsplus
Jobsinmalta
Keepmeposted

Sabiex tara x’xogħlijiet joħroġu minn żmien għal żmien is-servizz pubbliku (Gvern), jekk jogħġbok aċċessa l-ħolqa t’hawn taħt:

Recuitment.gov.mt

Hawn taħt għandek issib numru ta’ ħoloq fejn wieħed jista’ jaċċessa sabiex isib applikazzjonijiet ta’ xogħlijiet differenti.

Customer Service Agents | ARMS LTD

SCAN Malta Careers

Malta Business Registry Careers

MCAST Careers

Assistant Manage Procurement | Malta Tourism Authority

Receptionist/Security | Caritas malta

Retail Shop Assistant | Merlin Library

Bottling Operator / Forklift Driver | Marsovin

Storekeeper | P. Cutajar & Co. Limited

Sales Assistant | ZARA

Factory Manager | Foster Clark Products Ltd

Courier / Driver | Thomas Smith & Co. Ltd

Contact Centre Agent | Saint James Hospital

Sales Assistant | Shoreline

Supervisor | Shoreline

Office Administrator | Shoreline

Sales Specialist | Wolt

Assistant Manager | Ministry for the Environment, Energy and Regeneration of the Grand Harbour

Ibda irreġistra l-ewwel parti jew it-tielet parti

Huwa importanti li jekk persuna tixtieq issib xogħol, għandha tikkunsidra li tirreġistra b’mod uffiċjali mal-Jobsplus. Hawn taħt għandkom issibu ħolqa li toħodkom fis-sit tal-Jobsplus fejn fiha għandkom issibu kull informazzjoni.

First-time Registration

Jekk tiltaqgħu ma’ xi dubju tiddejqu xejn tagħmlu kuntatt mal-uffiċċju tiegħi fuq 27333408 għal appuntament personali miegħi sabiex nigwidakom fuq dan il-proċess, jew billi tibgħatu imejl fuq ray@rayabela.com