Tagħlim u Korsijiet bla Ħlas

AI għaż-Żagħżagħ -
tagħlim bla Ħlas

Kors AI għaż-Żagħżagħ - Ray Abela - Photo

Kors B’XEJN għall-istudenti u żgħażagħ ta’ bejn 15 u 18-il sena dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali (AI), li jinkludi taħriġ prattiku fuq għodod popolari bħal Microsoft Copilot, ChatGPT u Google Gemini.

Dan il-kors huwa mfassal biex jgħin lill-istudenti jifhmu kif jużaw l-AI b’mod korrett, responsabbli u effettiv, kemm għall-istudju kif ukoll għall-ħajja ta’ kuljum. Il-parteċipanti jitgħallmu kif joħolqu kontenut, jagħmlu riċerka aktar malajr u jtejbu l-produttività tagħhom billi jużaw dawn it-teknoloġiji b’mod intelliġenti.

Il-kors jibda f’Ġunju u jdum għal xahar sħiħ.

Proġett ta’ taħriġ offrut B’XEJN mill-Membru Parlamentari Ray Abela.

Applika issa għax postijiet huma limitati.

Tagħlim bla ħlas għal Kulħadd

Kors B'XEJN għalik.. jekk tixtieq titgħallem mill-bidu nett kif tuża l-Kompjuter u l-internet. Tgħalim ħa jkun immirat għal-kullhadd speċjalment għal-dawk l-adulti u l-anzjani li jridu itejjbu l-hiliet u l-użu tal-kompjuter. Ħa jkun hemm gruppi ġewwa iż-Żejtun.

Applika issa għax postijiet huma limitati.

Kors ta' alfabetizzazzjoni diġitali għal adulti u anzjani - Ray Abela - Photo 1
Kors ta' alfabetizzazzjoni diġitali għal adulti u anzjani - Ray Abela - Photo 2

Nitgħallmu ma' Ray Abela

Għażiż ħabib/a,

Merħba.

Minn hawn ser tkun qiegħed tirreġistra għal dan il-kors b'xejn li ser ikun qiegħed jixxandar fuq il-mezzi tax-xandir kif ukoll fuq YOUTUBE.

Għalhekk inti ser tkun qed tintalab informazzjoni biex tirreġistra għall-ewwel darba u wara ser tkun qed tirċievi in-noti u l-link għal YOUTUBE biex issegwi.

Tislijiet dejjem u nawguralkom.

Video edukattiv Nitgħallmu ma’ Ray Abela - Ray Abela - Photo 1
Video edukattiv Nitgħallmu ma’ Ray Abela - Ray Abela - Photo 2
Video edukattiv Nitgħallmu ma’ Ray Abela - Ray Abela - Photo 3
Video edukattiv Nitgħallmu ma’ Ray Abela - Ray Abela - Photo 4

e-ME

Tagħlim B' Xejn għal Kulħadd

Merħba.

Nisepera li tinasbu lkoll tajbin.

Jinteressak li tibda jew tkompli titgġallem l-użu prattiku f’ din id-dinja moderna u diġitali?

Din il-paġna hija dedikata għal proġetti li minn żmien għal żmien inkunu qedin inniedu għalikom.

Proġetti li jvarjaw minn taħriġ prattiku fl-informatika u l-użu ta’ programmi u apps li wiehed issib fuq il-mobiles u t-tablets tagħkom.

e-ME huwa propju l-isem tal-proġett biex flimkien miegħi, Ray Abela inkunu qedin nitgħallmu biex inkunu aktar ċittadini kompluti, ċittadini eletroniċi fil-ħajja ta’ llum.

Għalhekk zommu kuntatt magħna pemez ta’ din il-website kif ukoll mill-midja soċjali biex tkunu infurmati dwar daw l-opportunitajiet ta’ tagħlim bla ħlas fil-kommunita’.

Da il-proġett e-ME jindirizza l-ħtiġijiet bażiċi u diġitali u li dan it-taħriġ isir mill-uffiċċju tiegħi, ġewwa ż-Żejtun.

Tislijiet u saħħa dejjem lil kulħadd.

Il-Politiku tan-Nies

Proġett ta' taħriġ prattiku e-ME - Ray Abela - Photo 1
Proġett ta' taħriġ prattiku e-ME - Ray Abela - Photo 2